.
Kordinatur:
John Buttigieg
Kordinatur;
Relazzjonijiet Pubblici;
Sergio Grech
Kordinatur Muzikali:
Vince Fabri
Membru:
Simone Inguanez
Kuntatt email: sergio@maltanet.net
Kuntatti mobile:
00356 9982 7179
Numri tat-telefon: 0035621674510, 0035621692841
Indirizz Postali
1, Wesgha 
5 ta Ottubru 1974, Zejtun.ZTN 04.
Malta.
Ftit storja dwar Poezijaplus
Poezijaplus twaqqfet f'Novembru tas-sena 1999.
Il-grupp jorganizza lejla letterarja kull l-ahhar Tnejn tax-xahar fil-bitha tat-Teatru Manoel. Dawn l-inkontri letterarji jattendu ghalihom diversi nies. Il-grupp hu attiv fuq livell socjali wkoll u minn zmien ghal zmien jikkummenta dwar ir-realtajiet lokali u internazzjonali. Il-grupp kien gie mistieden biex janima serata letterarja bil-poeta Ingliz Jay Ramsay bhala mistieden specjali.
L-ghanijiet tal-grupp huma :
Vjagg fl-emozzjonijiet permezz tal-kitba fejn allura l-kitba ma tibqax ftit linka stampata fi ktieb imma titwahhad fil-hajja taghna ta kuljum kif per ezempju nharsu lejn il-muzika
spazji letterarji differenti mill-ohrajn spazji ghall-awturi skonoxxuti imma validi b'emfazi fuq il-bzonn ta' kitba impenjata socjalment
Il-grupp qed jipprova jwassal il-messag baziku li l-kittieb ghandu missjoni. Li hu mhux sempliciment halliem. Il-laqghat ta' Poezijaplus jhalltu flimkien il-kelma miktuba, mitkellma u kantata.
Vince Fabri hu l-kordinatur tar-rubriki muzikali.
Manifest
(Verzjoni mqassra.)
Fid-dokument il-kelma Poezijaplus ser tkun imqassra PP.
Il-hsieb wara t-twaqqif ta PP kien li grupp ta' nies jixtiequ jinvestu fis-sentimenti billi jpartu xoghlijiet letterarji taghhom permezz ta' qari u diskussjonijiet ippreparati tajjeb.
PP mhuwiex organizzazzjoni marbuta bi statut, ghaldaqstant ghal finijiet ta' tmexxija ordinata u punti ta' riferiment l-organizzazzjoni tqis importanti li f'kull zmien ikollha Koordinatur Generali u Persuna li tiehu hsieb ir-Relazzjonijiet Pubblici.
PP huwa organizzazzjoni awtonoma li m'ghandiex irbit ta' l-ebda tip ma' xi istituzzjoniji jew ohra. Il-fatt li l-organizzazzjoni taghmel uzu mill-bini tat-Teatru Manoel ma jtellifx mill-awtonomija taghha u bl-ebda mod ma taqa' taht ir-regolamenti li jorbtu t-tmexxija tal-post imsemmi ghal finijiet ta' amministrazzjoni, fondi u kull tip ta' kundizzjoni ohra.
PP hu impenjat li jikkultiva l-ilsien Malti.
PP huwa wkoll impenjat li jkun vuci penetranti u niggieza fil-livelli kollha possibli favur il-kawza ta' min hu emarginat sew fizikament, politikament, socjalment, kulturalment, religjozament kif ukoll bhala pajjiz li jinsab f'xifer il-kontinent Ewropew u fil-qalba tal-bahar Mediterranju.
PP hu impenjat li jaghmel l-ahjar uzu tal-medja.
PP jassoccja lilu nnifsu ma' kull hidma ambjentali u jtenni l-appogg tieghu sabiex il-wirt storiku ta' Malta jkun imhares u moghti d-dinjita' li jixraqlu.
PP ifittex shab utli u addattati fl-oqsma ta' l-arti u hidmiet ohra socjo-kulturali sabiex itella' attivitajiet ta' livell gholi.
PP huwa organizzazzjoni totalment volontarja u ghalhekk ma tircevix finanzjament ta' xi tip jew iehor minghand l-ebda istituzjoni.
MIN AHNA?
.
Xi Jmiss?
Lejn
ll-ewwel pagna

Gabra ta' poeziji
Stqarrijiet
Attivitajiet
Links
Mill-gazzetti