![]() |
![]() |
| Attivitajiet |
![]() |
![]() |
![]() |
| Poezijaplus torganizza lejla letterarja kull l-ewwel Tnejn tax-xahar fil-bitha tat-Teatru Manoel - hlief f’Dicembru meta l-ahhar Tnejn ikun qrib il-festi ta’ l-ahhar tas-sena. Din il-lista taghti idea ta’ x’tip ta’ attivitajiet Poezijaplus jorganizza: Mhix lista definita ta’ kull ma sar. Anzi! F’kull attivita` jithalla spazju ghall-pubbliku biex jaqra l-kitbiet tieghu: Novembru 1999 L-istorja tibda b’lejla letterarja, Frar 2000 Poezijaplus titkellem ma’ Lino Spiteri dwar in-novelli tieghu u l-impenn politiku u l-grajjiet politici 1996-1998 fejn hu kien involut mill-qrib. Marzu 2000 Poezijaplus titkellem ma’ Victor Fenech dwar il-letteratura tas-sittinijiet, kitbietu u l-Moviment Qawmien Letterarju. April 2000 Poezijaplus tiddiskuti l-qaghda letterarja ma’ Charles Flores. Flores gie intervistat ukoll dwar kitbietu u l-gurnalizmu Malti. Mejju 2000 Albert Marshall il-mistieden ta’ Poezijaplus. Ottubru 2000. Poezijaplus stieden lil Alfred Sant. Sergio Grech intervistah dwar kitbietu, dwar kemm il-politika tinfluwenza kitbietu u ghaliex waqaf mill-kitba teatrali. Settembru 2001 Poezijaplus titkellem car kontra t-terrorizmu fid-dinja. Novembru 2001 Poezijaplus ghalaq sentejn u l-grupp stieden bhala mistieden specjali lil Oliver Friggieri. Friggieri gie intervistat minn Peppi Azzopardi dwar kitbietu u l-impenn socjali llum. Jannar 2002 Poezijaplus sellem lil Doreen Micallef li mietet f’Novembru tas-sena 2001. Is-serata tefghet il-lenti taghha fuq il-kittieba nisa. Frar 2002 Poezijaplus iddiskutiet l-interdett fil-letteratura Maltija u l-letteratura tat-tmenijiet. Fost il-mistiedna kien hemm Trevor Zahra, Charles Flores u Lino Spiteri. Marzu 2002 Poezijaplus organizza din l-attivita mal-YMCA tal-Belt fejn is-serata hadet pozizzjoni ghall-kawza Palestinjana u kontra r-razzizmu. Inqrat ukoll kitba tal-poeta Palestinjan Darwish. April 2002 Poezijaplus tkellem dwar il-letteratura mistika. Il-mistieden specjali kien Michael Macy li tkellem fid-dettal dwar il-poeta medjovali Rumi. Mejju, 2002. Poezijaplus iddiskuta l-umnorizmu fil-letteratura Maltija bis-sehem ta’ Trevor Zahra, Adrian Grima, Gorg Mallia, Charles Casha u George Mifsud Chircop. Gunju 2002 Il-grupp tkellem bil-poezija dwar il-globalizzazzjoni – suggett topiku li ma jonqosx li jkun fuq l-agenda politika tal-politici barranin. Ralph Cassar, mill-Alternattiva Demokratika, tkellem dwar is-suggett. Inqraw fost l-ohrajn poeziji u kitbiet ta’ Stanley Borg, Simone Inguanez, Patrick Sammut, John Buttigieg, Mark Schembri u Maria Grech Ganado. |