Min Ahna
Attivitajiet
Xi jmiss
Stqarrijiet
Mill-gazzetti
Links
Lejn
l-ewwel pagna


Il-boghod ta’ bejnietna

Il-boghod ta’ bejnietna
Tqil wisq ghal gwienhajja,
Kark wisq ghal riglejja.

Il-boghod ta’ bejnietna
Tkattru int b’ghajnejk
X’hin thares lejja…

Maria Grech Ganado.



Spazju

Hemm spazju ta’ skiet
Fejn il-bniedem jizzarma bicciet.

Hemm spazju oskur
Jinfirex u jdur.

Hemm spazju li jolfoq
Bla hoss u bla dmugh.

Hemm spazju jinvadi
Bil-qilla lir-ruh.


Gorg Borg.



Hasira

Qalbi hasira
Titharrek bla sabar
Fir-rih.
Min ghandu jigi
M’hemmx li jasal,
….imqar il-ksieh!


Carmel Calleja.




NOHLOM LEHNEK

Nohlom lehnek
Jilghab ma’ widnejja
Ghajnejk ibierku
Ir-reati mqarrba tieghi:
l-olimpjadi ma’ xufftejk,
it-tnikkir fuq gismek
….

Twassalni ghall-konkluzjoni wahda int:
Il-vjolin bikkej imma jaf irattab il-qrusa.


Sergio Grech.



JIEN TLAQT


Ghalik ghax qsamt

Jien tlaqt minn arti u hallejt wisq warajja.
Ma nistax immut.

Hemm toroq li mxejt
Ghanjiet li ghannejt
Ward maqtugh lest li hallejt

U l-kafe jibred u l-karti mghaffga magenbu,
Frak ta’ dak illi kien u m’ghadux,
ghalkemm jibqa’-fil-fdal

Hemm kotba jisfaru u xemghat,
xemghat joqtru u x-xita mdendla
u x-xemx bejn is-shab
u l-mewg mgebbed stirat wieqaf cass,
blat u ramel u zrar
hemm qasab icaqcaq u gawwi ltim
hemm tempji u gherien vojti mtertrin.

Hemm ommi u missieri jixjiehu
u jitkemmxu mghawwgin
Hemm huti jwellduni f’demm iehor sektin
Il-friex imressqin u s-setah miftuh
u issa dalam u n-nida traxxax ma’ biebi
U l-qmura tal-qmuh
Hemm jonfoh u jikber fil-frieghi l-frott
U hemm qattus f’tarf is-sqaq u kelb jinbah

Hemm int tifflertja bl-addocc tistaqsi
u tistenna Sms.
Nisimghek tidhaq minn hawn,
kultant inhossok titrieghed


Simone Inguanez


Jekk ghada jkun bhal-lum u jisbah ikrah

Jekk ghada jkun bhal-lum u jisbah ikrah,
Bil-forom ta’ hassieb li qatt ma jorqod,
Hassieb li jinsa dejjem bla jittendi,
Fejn jibda u jispicca z-zmien ghalina.

Jekk ghada jkun bhal-lum u jinsa jzernaq,
Inhalli lampa ckejkna fuq il-qamar,
Genna ta’ kwiekeb mitlufin fid-dalma,
Bhal frak migruf tar-ramel.

Imbaghad ikun bil-lejl u nerga’ nohlom,
U nirevedi l-piz ta’ stejjer godda,
U nghidhom kollha lilek.


John Buttigieg
Gabra ta' Poeziji