STQARRIJIET
Min Ahna
Attivitajiet
Xi jmiss
Gabra ta' poeziji
Mill-gazzetti
Links
Lejn l-ewwel
pagna
VACLAV HAVEL
Il-Grupp Poezijaplus ihossu dizappuntat bil-mod ta' kif sehhew l-affarijiet matul iz-zjara tal-President Cek Vaclav Havel.

Fil-waqt li nifhmu li din kienet zjara politika u li l-President Havel ma jiflahx, il-grupp Poezijaplus hass li din iz-zjara waqfet milli tiggenera certu entuzjazmu.

Issemma kollox barra l-aspett letterarju ta' dan il-bniedem li ta hafna lis-seklu ghoxrin u lil pajjizu.

Dnub li din iz-zjara giet meqjusa bhala zjara politika ohra.
Malta ghal darba ohra tilfet!
Mejju, 2002
POEZIJAPLUS JILQA BI PJACIR
IL-VERDETT FRANCIZ
Il-grupp Poezijaplus jilqa'  b'entuzjazmu l-ghazla li l-poplu Franciz ghamel fit-tellieqa presidenzjali bejn Chirac u Le Pen.

Ir-rebha ta' Chirac turi bic-car li l-poplu Franciz mhux lest li jdawwar l-arlogg lura.

Bla dubju r-rebha ta' Chirac kienet l-ikbar wahda fl-istiorja tal-pajjiz; pajjiz li minnu gew ispirati l-principji ta'  tolleranza li lkoll nghozzu.

Chirac ikkonsolida postu bi tnejn u tmenin fil-mija tal-voti.

Ir-rizultat wera car li l-fazzjonijiet kollha warrbu l-ideologiji u ghazlu vot kontra l-frammentazzjoni u favur il-ko-ezistenza ta' gruppi differenti.

Poezijaplus jittama li Gunju li gej jikkonferma dan ir-rizultat anki jekk juri car li l-prospetti mhux daqstant sbieh.
Poezijaplus isejjah l-intelletwali Francizi, l-akkademici u l-kittieba biex jinghaqdu flimkien biex jiggieldu kontra r-razzizmu li qed ibejjet b'sahhtu fi Franza u fil-kumplament ta' l-Ewropa.
Mejju, 2002.
POEZIJAPLUS
KONTRA MIZBLA
FIN-NOFS IN-NHAR TA' MALTA.
Il-grupp Poezijaplus ihossu dizappuntat bil-kbir bir-rapporti li qed jidhru fl-istampa fejn qed tissemma l-possibilita'  ta'  mizbla ghan-nofsin-nhar.

Il-grupp ma jifhimx il-ghaliex wara dan il-barbarizmu kollu.

Donnu li issa n-nofsin-nhar sar il-mizbla ta' Malta fejn kull tebgha titfaghhha fin-naha ta' isfel qisu din ir-roqgha ma joqghod fiha hadd.

Id-decizjoni li tinfetah mizbla hi zbaljata ghal numru ta' ragunijiet.

Ibda mill-impatt ambjentali u ibqa' sejjer sal-hsara fis-sahha tac-cittadin.

Poezijaplus jistenna politika ambjentali ahjar.

Jistenna metodi effettivi kif l-iskart jista' jkun immaniggjat.

Malta bhas-soltu qed tpacpac wisq u qed tispicca art bla direzzjoni fejn litteralment il-kelma ippjanar serju ghadna ma nafux fejn jibda.

Poezijaplus ihoss li n-nofsin-nhar jixraqlu izjed rispett u ghandu jsir kull attentat biex jinbidel f'regjun vibranti kif kien darba.
Mejju 2002